Il-viżjoni ta’ Kif Int hi li tiżgura li n-nies kollha f’Malta jkunu jistgħu jiksbu l-aħjar saħħa mentali possibbli. Kemm jekk qed tfittex informazzjoni dwar is-saħħa mentali, Help Lines, terapisti jew għajnuna 24/7, aħna qegħdin hawn biex niggwidawk. Jekk tixtieq titgħallem aktar dwar is-saħħa mentali agħfas hawn. Jekk għandek bżonn parir dwar kif tista’ toffri għajnuna lil min għaddej minn problemi ta’ saħħa mentali, agħfas hawn.

Is-saħħa mentali tinkludi l-benessri emozzjonali, psikoloġiku u soċjali tagħna. Taffettwa il-mod kif naħsbu, kif inħossuna, u kif naġixxu fil-ħajja. Tgħin ukoll biex niddeterminaw kif nittrattaw l-istress, nirrelataw ma’ oħrajn, u kif nagħmlu l-għażliet. Aktar minn tnejn minn kull ħames persuni jesperjenzaw kundizzjoni ta’ saħħa mentali f’xi punt f’ħajjithom. Bħalissa 50,000 Malti qed jgħixu bl-ansjetà u d-dipressjoni.

Billi naqsmu informazzjoni dwar il-fatti, l-għażliet, u s-soluzzjonijiet, nittamaw li nippromwovu l-gwida, għajnuna u r-rijabilitazzjoni ta’ kull min jgħaddi minn kwalunkwe sitwazzjoni kkonċernata mas-saħħa mentali.

Fittex l-għajnuna permezz tat-Terapija

Li ssib terapista li jifhmek kapaċi jkun wieħed mill-iktar passi importanti. Ikun hemm min jirnexxielu jmur tajjeb mal-ewwel terapista li jfittex, waqt li jkun hemm oħrajn li jkollhom bżonn jiltaqgħu ma’ nies differenti qabel iħossuhom verament komdi jiftħu qalbhom.

L-importanti huwa li ma taqtax qalbek! Żgur ser issib professjonist li ser jipprova jifhem dak li inti għaddej minnu u jgħinek timxi l-quddiem. It-terapija llum hija meqjusa bħala għodda imprezzabbli b’benefiċċji kbar, li jistgħu jgħinuk tgħaddi mill-isfidi varji fil-ħajja.

Gwida għall-appuntament tiegħek

Tista’ wkoll tfittex l-għajnuna ta’ psikjatra. Psikjatra jista’ jippreskrivi mediċina. Ir-riċerka tinkoraġġixxi li l-mediċina tkun ikkunsidrata bħala trattament meta sapport ieħor, bħal bidla fil-ħajja ta’ kuljum u/jew terapija, ma jkunux biżżejjed biex inaqqsu s-sintomi. Jekk tiddeċiedi li tfittex l-għajnuna ta’ psikjatra, tajjeb li tkun preparat.

Hawnhekk ser issib gwida li tista’ tieħu miegħek l-appuntament, fejn ser issib mistoqsijiet fuq il-mediċina, x’inhuma r-riskji, u mistoqsijiet oħra.

Kwizz fuq is-

Saħħa Mentali Tiegħek

Dan il-kwiżż jista’ jgħinek tifhem iktar kif qed tħossok dan l-aħħar. Iktar ma twieġeb onest, iktar jista’ jkollok riżultat preċiż. Huwa importanti li tiddiskuti xi mistoqsijiet li għandek ma’ professjonist tas-saħħa mentali.

Żomm f’moħħok li dan huwa kwiżż qasir u mhux dijanjosi. Qiegħed hemm biex jgħinek tifhem itkar x’qed tesperjenza u kemm qed taffetwalek ħajtek. Huwa importanti li tirrispondi dawn il-mistoqsijiet għalik u mhux għal ħaddieħor.

Dawn ic-checklists mhux magħmula biex jimtlew għal ħaddieħor u b’hekk għandek tgħarraf lill-persuna kkonċernata jekk għandi xi dubji.

Imla l-Kwiżż

Stejjer Minn Ħajjitna

ADHD: Media Hype or Mental Health Reality?

ADHD: Media Hype or Mental Health Reality?

Awareness of ADHD has grown, redefining it from the stereotype of a “hyperactive little boy” to a serious, lifelong condition affecting many individuals. This recognition has validated those who were missed as kids, helping them understand their struggles were not personal failings.

read more