Trattamenti għall-Ansjetà
Jeżistu trattamenti varji li jistgħu jgħinu għal kundizzjonijiet differenti tal-ansjetà. Jekk is-sintomi tiegħek huwa ħfief, l-ispeċjalista tas-saħħa mentali jista jirrikomandalek xi tibdil fil-ħajja tiegħek, bħal li tinkludi iktar eżerċizzju fir-rutina u li tiekol aħjar. Jekk is-sintomi jkunu iktar severi, trattamenti differenti kapaċi jaħdmu l-aħjar. Għal kundizzjonijiet bħal OCD u PTSD, trattamenti differenti jistgħu jiġu rrikomandatai, jiddependi fuq is-severita` tal-kundizzjoni u kemm qed tħalli impatt fuq il-kwalita` ta’ ħajja tal-persuna.
X’Tista’ Tagħmel
Tibdiliet fl-Istil ta’ Ħajja u Sapport
L-għan li tieħu ħsieb l-ansjetà huwa li tikkontrollaha sabiex ma tikkontrollax lilek. L-istil ta’ ħajja u s-sapport ta’ madwarna jaffettwaw is-saħħa mentali. Naraw kif rutini u strateġiji sana bħal eżerċizzju u ikel bnin jistgħu jgħinuna nħossuna aħjar.
Mindfulness u Meditazzjoni
Mindfulness hija prattika li tgħinek tiffoka fuq il-preżent. L-għan tagħha huwa li tgħinek tagħraf u taċċetta emozzjonjiet diffiċli, mingħajr ma teħel jew tehwden fuqhom.
Terapija Psikoloġika
It-terapija hija waħda mit-trattamenti tal-ansjetà. Tista’ tgħin biex il-persuna tbiddel il-mod ta’ kif qed taħseb u tnaqqas il-biżgħat.
Trattamenti Mediċi
Ir-riċerka turi li t-terapiji psikoloġiċi huma l-iktar trattament effettiv għal min jesperjenza l-anjsetà ħafifa jew moderata. Madanakollu, jekk is-sintomi jsiru iktar severi, il-mediċina tista’ tgħin.
X’Tista’ Tagħmel
Trattamenti għall-Ansjetà
Tibdiliet fl-Istil ta’ Ħajja u Sapport
Nadottaw Drawwiet Ġodda fil Ħajja ta’ Kuljum
L-għan li tieħu ħsieb l-ansjetà huwa li tikkontrollaha sabiex ma tikkontrollax lilek. L-istil ta’ ħajja u s-sapport ta’ madwarna jaffettwaw is-saħħa mentali.
Meta l-persuna tuża alkoħol jew drogi tkun qed iżżid ir-riskju tal-ansjetà. Per eżempju, jekk xi ħadd juża l-alkoħol biex ikampa ma’ sitwazzjonijiet soċjali, jwassal lill-persuna biex tħossha iktar ħażin fuqha innifisha u tesperjenza sintomi ta’ dipressjoni. Meta tkun ġejja sitwazzjoni soċjali ġdida, il-persuna jaf tħossha iktar ansjuża u għalhekk iktar tkun f’riskju li tuża l-alkoħol biex tkampa. Dan isir ċiklu vizzjuż.
Għaldaqstant huwa importanti li nevitaw alkoħol u drogi biex nkampaw bl-ansjetà. Min naha l-oħra naraw kif rutini u strateġiji sana bħal eżerċizzju u ikel bnin jistgħu jgħinuna nħossuna aħjar.
Barra minn hekk, is-sapport ta’ dawk ta’ madwarna jista’ jagħmel differenza kbira. Huwa importanti li f’ħajjitna jkollna nies li jistgħu jkunu hemm għalina u jismgħuna. Dan jgħinna biex nitkellmu u niftħu qalbna meta jkun żmien ftit diffiċli.
Kultant, li tmur x’imkien għal kwiet jaf tgħinek tieħu nifs u tapprezza n-natura. Dawn huma xi wħud mill-postijiet favoriti tagħna.
Mindfulness u Meditazzjoni
Insibu ftit kwiet, grounding u strateġiji ta’ rilassament.
Mindfulness hija prattika li tgħinek tiffoka fuq il-preżent. L-għan tagħha huwa li tgħinek tagħraf u taċċetta emozzjonjiet diffiċli, mingħajr ma teħel jew tehwden fuqhom. Meta nagħrfu u naċċettaw l-emozzjonijiet li nkunu qed inħossu tgħinna biex nimxu l-quddiem minnhom, u ma nirreaġixxux b’mod impulsiv skond dak li nħossu. Mindfulness tgħin ukoll biex tifhem x’qed jikkawża l-istress u l-inkwiet. Eżerċizzji faċli jinkludu nifsijiet fil-fond miż-żaqq u tuża l-ħames sensi biex tiffoka fuq dak li qed jiġri madwarek.
Jeżistu saħansitra apps li jgħinuk tibda tagħmel meditazzjoni – żur din il-paġna għal iktar informazzjoni.
Terapija Psikoloġika
Tesplora l-passat tiegħek, tifhem il-preżent u tħares il-quddiem lejn il-futur.
It-terapija hija waħda mit-trattamenti tal-ansjetà. Tista’ tgħin biex il-persuna tbiddel il-mod ta’ kif qed taħseb u tnaqqas il-biżgħat.
Fit-terapija, l-persuna tibni relazzjoni terapewtika mat-terapista u tesplora kif is-saħħa mentali qed tiġi impattata fil-ħajja ta’ kuljum, bl-għan li jitnaqqsu d-diffikultajiet li l-persuna tkun qed taffaċċja. Hemm diversi terapiji, u teżisti wkoll l-għażla ta’ terapija online.
Jeżistu tipi differenti ta’ terapija. L-iktar ħaġa importanti hija r-relazzjoni tiegħek mat-terapista. Kull therapist jew terapista huwa uniku, u għalhekk ir-relazzjoni tagħkom hija kruċjali għat-terapija. Kun ċert li tħossok komdu titkellem mal-professjonist tiegħek.
Terapija Individwali
Il-persuna, flimkien mat-terapista, jesploraw x’inhu għaddej fil-ħajja tal-persuna. Ikollok l-opportunita` tiddiskuti dawk id-diffikultajiet li qed tesperjenza u tużaha bħala opportunita` biex tikbe u titgħallem iktar fuqek innifsek. Jista’ jkun tuża l-opportunita` biex titgħallem tikkomunika aħjar u tagħmel sens minn dak li qed jiġri f’ħajtek.
F’każ li l-persuna jkollha dijanjosi ta’ xi kundizzjoni, it-terapija tista’ tgħinek tifhem x’jista’ jikkawża żieda fis-sintomi, u kif dawn jistgħu jħallu impatt fuq ħajtek. Flimkien mat-terapista tiegħek, tkun tista’ tirrispondi għal emozzjonijiet u ħsibijiet diffiċli li tkun qed tesperjenza.
Cognitive Behaviour Therapy (CBT)
It-terapija CBT hija bbażata fuq il-kunċett li l-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, is-sensazzjonijiet fiżiċi, u l-azzjonijiet tagħna huma konnessi, u li ħsibijiet u emozzjonijiet negattivi jistgħu iżommu persuna f’ ċiklu vizzjuż. CBT jgħin lill-persuna taffaċċja l-problemi b’mod aktar pożittiv billi taqsamhom f’partijiet iżgħar. Wieħed jitgħallem idawwar rutini negattivi f’oħrajn pożittivi biex iħossu aħjar. CBT tiffoka fuq problemi kurrenti u tgħin lill-persuna ttejjeb l-istat mentali tagħha b’modi prattiċi.
EMDR
Tapplika l-iżjed għal persuni li qed jesperjenzaw sintomi ta’ trawma, fosthom li l-memorja ma tkunx ġiet proċessata sew. Dawn il-memorji jistgħu jinkludu emozzjonijiet, ħsibijiet, u sensazzjonijiet fiżiċi simili ta’ dawk esperjenzati waqt it-trawma. L-EMDR hija terapija strutturata li tiffoka fuq dawn il-memorji flimkien ma’ eżerċizzji partikolari bil-moviment tal-għajnejn. Dan iwassal għat-tnaqqis ta’ memorji vividi u emozzjonijet assoċjati mat-trawma. L-EDMR tiffoka direttament fuq il-memorja u hija mmirata biex tibdel il-mod ta’ kif il-moħħ iżomm il-memorja. B’hekk, jitnaqqsu u jiġu eliminati s-sintomi problematiċi.
Terapija tal-Familja
Terapija tal-familja taħdem kemm fuq livell individwali kif ukoll ma’ koppji, familji, jew gruppi. Taħdem kemm ma’ tfal kif ukoll ma l-adulti, kemm jekk ikun hemm problema ta’ saħħa mentali, kif ukoll jekk ikun hemm problemi ġenerali. Hija effettiva bħala terapija matul l-istadji ta’ żvilupp kollha tal-ħajja – miċ-ċokon sax-xjuhija. Din it-tip ta’ terapija tuża r-relazzjonijiet bħala riżors sabiex tgħin tnaqqas id-diffikultajiet tal-membri kollha tal-familja.
Qed taħseb biex tibda t-terapija? Hawnhekk tista’ ssib informazzjoni fuq x’tista’ tistenna mill-ewwel appuntament.
Trattamenti Mediċi
Nifhmu l-kimiċi fil-moħħ.
Ir-riċerka turi li t-terapiji psikoloġiċi huma l-iktar trattament effettiv għal min jesperjenza l-anjseta` ħafifa jew moderata. Madanakollu, jekk is-sintomi jsiru iktar severi, il-mediċina tista’ tgħin.
Filfatt, huwa biss meta l-mediċina tingħata wisq kmieni u mingħajr konsultazzjoni li nirrikomandaw li tikkunsidra għażliet oħra. Ħafna drabi naħsbu li b’pillola ser insolvu kollox, liem fehma tista’ tagħmel iktar ħsara milli ġid. Agħrbel l-għażliet tiegħek, uża r-riżorsi kollha u ara x’inhu l-aħjar għalik.
Jekk il-mediċina tkun l-għażla tiegħek, kun ċert li taħdem ma’ psikologu jew terapista u psikjatra, biex ikunu jistgħu isegwuk u jaħdmu flimkien. Dan sabiex ma jiġux trattati biss is-sintomi iżda wkoll jekk ikun hemm xi diffikultajiet psikoloġiċi.
Wieħed mit-trattamenti tal-ansjetà huwa ‘antidepressant medication’, li ġieli niddiskrivuhom bħala kalmanti. Dan isir anke jekk il-persuna ma jkollix sintomi ta’ dipressjoni, għaliex ir-riċerka turi li ċertu tipi ta’ antidepressants jgħinu biex tikkoreġi l-iżbilanċ tal-kimiċi tal-moħħ.
Benzodiazepines huma tipi ta’ pirmli komuni għall-ansjetà. Dawn mhux idejali li jittieħdu għal tul ta’ żmien, pero jistgħu jgħinu għal perjodu qasir.
X’inhuma s-side effects?
Il-mediċina kontra d-dipressjoni tista’ tgħinek tħossok aħjar, madankollu mhux ser tbiddel il-personalita` tiegħek jew tferrħek il-ħin kollhu. Bħal kull mediċina, hemm ċans illi wieħed jesperjenza xi forma ta’ side effects. Huwa importanti ferm li kemm ir-riskji u kemm il-benefiċċji tal-mediċina jiġu diskussi mat-tabib. Ftakar li għandek kull dritt tistaqsi għall-informazzjoni fuq il-mediċina tiegħek sabiex tkun infurmat u jkollok kontroll fuq it-trattament tiegħek.
Nies differenti jesperjenzaw sintomi differenti, pero side effects komuni jinkludu dardir, uġiegħ ta’ ras, ansjetà, għaraq, sturdament, aġitazzjoni, żieda fil-piż, ħalq xott, u diffikultajiet sesswali.
Jista’ jkun li dawn is-sintomi ma jdumux fit-tul, pero huwa tajjeb li min jesperjenza dawn is-sintomi jżur tabib għal parir mediku. Huwa importanti li nsemmu li persuna m’għandha qatt taqbad u twaqqaf mediċina mingħajr ma tavża lit-tabib tagħha, għax dan jista’ jkollu konsegwenzi serji.
Kemm għandi ndum nieħu il-mediċina?
Simili għall-mediċini oħrajn, il-pilmli jieħdu ftit taż-żmien sabiex jibdew jaħdmu u biex ikunu effettivi. Ikun hemm persuni li kapaċi jibbenefikaw mill-mediċina għal perjodu qasir ta’ żmien. Oħrajn ikollhom bżonn jieħdu il-mediċina għal perjodu itwal, bl-istess mod li xi ħadd li jbati minn kundizzjoni bħad-dijabete jkollu bżonn jieħu pilmli jew l-insulina sabiex jikkontrolla il-kundizzjoni tiegħu.
Huwa importanti li wieħed ma jwaqqafx il-mediċina jew inkella jibda’ jieħu mediċina mingħajr ma jikkonsulta tabib għal gwida. It-tabib tal-familja jew inkella psikjatra jistgħu jkunu ta’ għajnuna meta wieħed ikun qiegħed ifittex it-trattament ideali għalih. Dejjem iddiskuti xi mistoqsijiet, bħal per eżempju fuq l-effetti tal-mediċina, mat-tabib jew psikjatra sabiex tkun tista’ tara x’inhu l-aħjar trattament għalik.
Stejjer Minn Ħajjitna
X’inhi t-terapija?
Spiss naħsbu li t-terapija hija xi ħaġa fejn tmur titkellem jew tiftaħ qalbek ma’ professjonist. Madanakollu, it-terapija taf toffri ħafna iktar minn hekk. Tista’ tkun spazju sigur fejn tagħraf diffikultajiet u l-impatt li qed ikollhom fuq ħajtek, u ssib mezzi ta’ kif...