Nitkellmu fuq is-Suiċidju
Li titkellem fuq is-suiċidju mhux faċli, imma possibbli. M’hemm bżonn tkun professjonist biex tkun hemm għal xi ħadd li għaddej minn żmien ħażin. Huwa normali li tkun inkwetat jew nervuż li tkellem lil xi ħadd li int inkwetat fuqu, xi ħabib, qarib jew kollega. Hawnhekk għandek issib xi riżorsi li jistgħu jgħinuk.
Kulħadd jgħaddi minn żmien diffiċli. Tgħaddix minnu waħdek.
Ibda Konversazzjoni
Jekk għandek xi suspett li l-persuna qed taħseb li tweġġa jew toqtol lilha nnifisha, huwa importanti li taġixxi mal-ewwel. Fejn hu possibbli, ippjana kif se tkellem lill-persuna.
Pjan ta’ Sigurezza
Studji varji juru li pjan biex il-persuna żżomm lilha nnifisha sigura jgħin biex jitnaqqsu l-intensita` tal-ħsibijiet ta’ suiċidju.
Ħu Ħsieb Tiegħek Innifsek
Meta naffaċċjaw mumenti bħal dan, faċli ninsew nieħdu ħsieb tagħna nfusna waqt li nieħdu ħsieb lil ħaddieħor.
Nevalwaw is-Sitwazzjoni
Kull diskors fuq is-suiċidju jrid jittieħed bis-serjeta`. Il-ħsibijiet u d-diskors fuq is-suiċidju jeħtieġu attenzjoni immedjata.