M’Intix Waħdek
Kulħadd jesperjenza diffikulta bis-saħħa mentali tiegħu f’xi punt f’ħajtu. Huwa importanti li titkellem fuq dak li għaddej minnu ma professjonist li jista jigwidak biex tirċievi l-għajnuna lli għandek bżonn. It-telefonati u c-chats kollha jseħħu ma’ professjonisti mħarrġa u huma kompletament kunfidenzjali. Jista’ jkun li nistaqsuk għal ismek u xi dettalji biex nifhmu aħjar is-sitwazzjoni tiegħek, pero tista’ tgħidilna jekk tixtieq tibqa’ anonimu.
X’Jista Jgħin
Jeżistu trattamenti differenti li jaħdmu fuq l-ansjeta` u d-dipressjoni. Iktar ma tfittex għajnuna malajr, iktar ser tħossok aħjar malajr. Hemm ħafna fatturi differenti għalxiex wieħed jesperjenza l- ansjeta` jew id-dipressjoni, pero` l-iktar punt importanti huwa kif ser naffaċċjaw dawn id-diffikultajiet.
Nistgħu Nħarsu Lejn Żmien Aħjar
Int min int, b’dak kollu li qed tħoss, għandek id-dritt issib is-sapport meħtieġ biex tmur għall-aħjar. Teżisti għajnuna professjonali lejl u nhar, u l-ebda problema m’hi wisq ċkejkna. Jekk għandek xi ħaġa fuq moħħok, hawn min jissapportjak.
Sapport & Direzzjoni
Fittex l-Għajnuna
Ir-riċerka turi li t-terapiji psikoloġiċi huma l-iktar trattament effettiv għal min jesperjenza l-anjseta` ħafifa jew moderata. Madanakollu, jekk is-sintomi jsiru iktar severi, il-mediċina tista’ tgħin. Huwa importanti li l-mediċina ma tkunx l-ewwel għażla, u jkun tajjeb li tara għażliet oħra qabel.
Filfatt, huwa biss meta l-mediċina tingħata wisq kmieni u mingħajr konsultazzjoni li nirrikomandaw li tikkunsidra għażliet oħra. Ħafna drabi naħsbu li b’pillola ser insolvu kollox, liem fehma tista’ tagħmel iktar ħsara milli ġid. Agħrbel l-għażliet tiegħek, uża r-riżorsi kollha u ara x’inhu l-aħjar għalik.
Kulħaddd jesperjenza diffikulta bis-saħħa mentali tiegħu f’xi punt f’ħajtu. Huwa importanti li titkellem fuq dak li għaddej minnu ma professjonist li jista jigwidak biex tirċievi l-għajnuna lli għandek bżonn. It-telefonati u c-chats kollha jseħħu ma’ professjonisti mħarrġa u huma kompletament kunfidenzjali. Jista’ jkun li nistaqsuk għal ismek u xi dettalji biex nifhmu aħjar is-sitwazzjoni tiegħek, pero tista’ tgħidilna jekk tixtieq tibqa’ anonimu.
Int min int, b’dak kollu li qed tħoss, għandek id-dritt issib is-sapport meħtieġ biex tmur għall-aħjar Teżisti għajnuna professjonali lejl u nhar, u l-ebda problema m’hi wisq ċkejkna. Jekk għandek xi ħaġa fuq moħħok, hawn min jissapportjak.
Jekk tagħżel li tfittex parir mediku, nirrakomandawlek li taqra sew u tieħu miegħek d-dokument t’hawn taht. Din il-Gwida għall-Appuntament Mediku se tgħinek tikseb l-informazzjoni kollha dwar it-trattament mediku li tista’ tingħata.
Minn Fejn Nibda?
Mhux kulħadd jesperjenza sintomi ta’ ansjetà u dipressjoni bl-istess mod, u dak li jgħin lil ħaddieħor mhux neċessarjament ħa jkun ta’ benefiċċju għalik.
Għalhekk huwa importanti li t-trattament ikun speċifiku għalik, għal dak li int għandek bżonn u x’tippreferi. Ħafna nies li jbatu minn ansjetà jew dipressjoni sabu li wħud minn dawn l-attivitajiet jgħinuhom iħossuhom aħjar:
-
- Taddatta ir-rutina tiegħek u tagħmel tibdil fil-ħajja ta’ kuljum biex issaħħaħ is-saħħa mentali tiegħek.
- Tfittex sapport mill-familja, ħbieb, u gruppi.
- Tipprattika mindfulness.
- Tagħmel meditazzjoni, tuża grounding techniques jew tipprattika tieħu nifsijiet fil-fond.
- Eżerċizzju.
- Terapiji psikoloġiċi.
- Terapija EMDR li tiffoka fuq li tħalli l-passat warajk u ssib sapport fuq it-trawma.
- Sapport mediku.
Professjonisti tas-saħħa, bħat-tabib tal-familja u psikajtra, jistgħu joffru servizzi u trattamenti differenti għad-dipressjoni u l-ansjetà. Meta żżur professjonist, ipprova kun onest kemm tista’ sabiex tgħin lil min qed jarak jibni stampa ċara ta’ x’qed tesperjenza u flimkien issibu l-aħjar triq għalik. Tobba jistgħu jippreskrivu mediċina li tgħin tnaqqas is-sintomi li qed tesperjenza sabiex tgħinek tgħix b’kwalità ta’ ħajja aħjar. Minħabba f’hekk taf issib li tkun f’pożizzjoni aħjar biex taħdem fuq il-kawża ta’ dak li qed tħoss permezz tat-terapija.
Għal iktar informazzjoni fuq il-professjonisti differenti u l-għajnuna li joffru, agħfas hawn.
X’Mistoqsijiet Għandi Nistaqsi?
Lill-professjonist tiegħek tista’ tistaqsih/a li tixtieq. M’hemmx mistoqsijiet tajbin jew ħżiena. Hawn isfel hawn xi mistoqsijiet li jista’ jkun qed jiġuk f’moħħok bħalissa.
1. X’Inhuma l-Għażliet Tiegħi?
Importanti li tifhem x’tista’ tagħmel, x’servizzi hawn disponibbli, kemm jiswew u kemm iddum qabel tibda tħossok aħjar. Is-servizzi tas-saħħa Maltin joffru varjeta` ta’ trattamenti differenti b’xejn, bħal psikjatri, psikologi, counsellors, therapisti, social workers u mediċina.
Affarijiet li jistgħu jgħinuk fil-ħajja ta’ kuljum jinkludu eżerċizzju fiżiku regolari, drawwiet tajba tal-ikel, irqad tajjeb, sapport mill-familja u mill-ħbieb, mindfulness u meditazzjoni. Terapiji psikoloġiċi jgħinu ħafna fejn ikun hemm ansjeta` ħafifa jew moderata, u anke meta il-kundizzjoni issir iktar severa.
Huwa importanti li tesplora x’jaħdem u x’ma jaħdimx għalik. Dan il-proċess jieħu ż-żmien, u allura huwa importanti li tagħti ċans lilek innifsek biex it-trattament jilħaq jaħdem. Il-maġġoranza tal-interventi jieħdu ż-żmien biex joffru riżultati. Wara kollox, l-iktar ħaġa importanti huwa li jkollok is-sapport li għandek bżonn.
2. Kif Nista’ Nagħżel x’l-Aħjar Għalija?
Dan jiddependi fuq is-severita` ta’ dak li qed tħoss. Huwa importanti li tevalwa t-tajjeb u l-ħażin ta’ kull għażla. Dan kapaċi jinkludi side effects tal-mediċina, effetti ta’ meta tnaqqas jew twaqqaf il-mediċina u kemm jiswew għażliet oħra li ma jinkludux mediċina. Taf jekk il-post tax-xogħol tiegħek joffrix assistenza lill-impjegati tiegħu jew assigurazzjoni tas-saħħa? Jekk iva, għandek aċċess għal terapija jew sessjonijiet ma’ psikjatra b’xejn? Jekk le, ser ikollok bżonn tfittex servizzi b’xejn? Dawn il-mistoqsijiet jiggwidawk biex tagħżel l-għajnuna li tista’ tgħinek l-iktar.
3. Meta Ser Nibda Nħossni Aħjar?
Jekk qed tikkunsidra tibda trattamenti mediċi, hemm xi affarijiet li tajjeb tikkunsidra. Għalkemm mhux kull trattament l-istess, il-maġġoranza tal-mediċini jdumu minn tal-inqas ġimgħatejn biex jaħdmu. Fil-bidu t-tabib tiegħek kapaċi jissuġġerixxi doża zgħira li tiżdied fuq perjodu ta’ ġimgħat. Ikun tajjeb li tistaqsi meta għandek tibda tara xi differenzi, ħalli tkun taf x’qed tistenna fl-ewwel jien u ġimgħat. Kun ċert li tistaqsi dak kollu li għandek fuq moħħok, bħal jekk hemmx xi side effects, x’jiġri jekk titwaqqaf il-mediċina u jekk hemmx xi riskji. Inti u l-professjonist ukoll tagħżlu data għal appuntament ieħor, normalment wara numru ta’ ġimgħat jew xhur sabiex jingħata biżżejjed ċans lill-mediċina biex taħdem sew.
Kultant ikollna l-ideja żbaljata li pirmla ser issolvi kollox. Importanti niftakru li l-mediċina ħa tgħin tnaqqas is-sintomi, pero’ mhux ser issolvi x’qed jikkawżalek li qed tħossok hekk. Fejn hemm ansjeta` ħafifa jew moderata, tajjeb li tesplora għażliet oħra qabel tipprova l-mediċina.
Ftakar li l-aqwa trattament possibbli huwa taħlita ta’ għajnuniet li jinkludu s-sapport ta’ madwarek, il-mod ta’ kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek, u għajnuna professjonali. Qed taħseb li tibda terapija? Hawnhekk għandna ftit iktar informazzjoni fuq x’għandek tistenna minn dawn is-sessjonijiet.
Bnejna din il-gwida biex tgħinek taħseb x’mistoqsijiet tixtieq tistaqsi waqt l-appuntament mal-psikjatra tiegħek.

ADHD: Media Hype or Mental Health Reality?
Awareness of ADHD has grown, redefining it from the stereotype of a “hyperactive little boy” to a serious, lifelong condition affecting many individuals. This recognition has validated those who were missed as kids, helping them understand their struggles were not personal failings.