Tipi Differenti t’Ansjetà
Hu importanti li tfittex is-sapport kmieni jekk qed tesperjenza l-ansjetà. Is-sintomi jista jkun li ma jitilqux weħidhom u jekk ma tieħux azzjoni jistgħu jieħdu kontroll f’ħajtek. Hemm tipi differenti t’ansjetà u persuna jista’ jkollha aktar minn tip wieħed t’ansjetà.
L-Aktar Tipi Komuni ta’ Ansjetà
Id-Diżordni tal-Ansjetà Ġeneralizzata (GAD)
Xi nies jesperjenzaw ansjetà fuq terminu twil f’firxa sħiħa ta’ sitwazzjonijiet u dan isir ta’ tfixkil f’ħajjithom.
Diżordni tal-Ansjetà Soċjali (Fobija Soċjali)
Dan jinvolvi biża’ jew skumdita’ kbira f’firxa ta’ sitwazzjonijiet soċjali. Sitwazzjonijiet li ħafna nies jibżgħu minnhom jinkludu li jkollhom jitkellmu jew jieklu fil-pubbliku, joħorġu fuq ‘date’ jew avvenimenti soċjali.
Fobiji Speċifiċi
Persuna li għandha fobija tevita li tagħmel attivitajiet minħabba l-biża’.
Diżordni ta’ Paniku
Xi nies ikollhom perjodi qosra ta’ ansjetà kbira liem perjodu jissejjaħ attakk ta’ paniku. Attakk ta’ paniku huwa meta persuna teseprjenza ħafna apprensjoni u biża’ f’salt wieħed.
Id-Disturb Ossessiv-Kompulsiv (OCD)
Id-disturb ossessiv-kompulsiv ta’ spiss jibda waqt l-adolexxenza u jista’ jkun kundizzjoni li l-persuna tgħix biha għal ħajjitha. Apparti ansjetà, persuna li tgħix bl-OCD tista’ tesperjenza ħsibijiet ossessivi u mġieba kompulsiva.
Disturbi minn Stress Postrawmatiku (PTSD)
Id-disturb minn stress postrawmatiku jista’ jseħħ wara li persuna tkun ġiet mhedda b’ħajjitha, weġġgħet gravi jew esperjenzat vjolenza sesswali.