Id-Droga, l-Alkoħol u s-Saħħa Mentali

Id-droga u l-alkoħol ibiddlu l-mod kif il-moħħ u l-ġisem jaħdmu u jistgħu jaffettwaw ilburdata tagħna u jwasslu għall-ansjeta’. Huma jbiddlu l-bilanċ kemikali li jgħin lill-moħħ jaħseb, iħoss, jikkrea u jieħu deċiżjonijiet. Jekk aħna naħgmlu użu minn dawn is-sustanzi, il-ħajja tagħna ta’ kuljum se tiġi effettwata b’modi differenti.

Il-ħajja ġġib magħha sitwazzjonijiet li jistgħu joħolqu ħafna tensjoni. Dan jista’ jwassal għal tibdil fil-burdata tagħna u l-livell ta’ ansjeta li nkunu qed inħossu. Sabiex mingħalina nħossuna aħjar, l-użu tad-droga

u l-alkoħol jista’ jkun mezz ta’ kif aħna naffaċċjaw dawn lisfidi tal-ħajja. Ir-riċerka turi li dawn is-sustanzi jistgħu faċilment jindraw u wieħed malajr isir dipendenti fuqhom. Huma jistgħu jwasslu ghad-depressjoni u/jew ansjeta’ u l-problema li wieħed ikollu, tista’ tiggrava. Il-fejqan isir wisq aktar diffiċli jekk wieħed ikun qed jieħu d-droga u l-alkoħol.

Wieħed jinnota nuqqas fis-saħħa mentali u fil-benesseri ta’ persuni li qed jbatu middepressjoni u/jew ansjeta’ u jagħmlu użu mid-droga u l-alkoħol. Il-proċess ta’ fejqan mhux faċli, jinvolvi ħafna ħin u sforz u jitlob l-appoġġ tal-familjari u l-ħbieb. Iżda wieħed ma jridx jaqta’ qalbu…dan kollu huwa possibbli. Teżisti l-għajnuna u hawn servizzi varji li joffru gwida kif wieħed jegħleb il-vizzji tad-droga u l-alkoħol. Wieħed jista’ jirkupra b’mod pożittiv u s-saħħa fiżika u mentali tista’ tmur ‘il quddiem.

Kif jistgħu droga u l-alkoħol jaffettwaw il-moħħ?

Id-droga u l-alkoħol jaffettwaw il-proċessi kimiċi ta’ kif il-moħħ jibgħat jew jirċievi messaġġi. Għaldaqstant, huwa diffiċċli tgħid kif wieħed se jirrispondi u jaġixxi. Kull persuna hija differenti, bħalma kull droga hija differenti. Barraminnhekk, jekk qed nitkellmu dwar droga illegali, lanqas ma nistgħu nkunu nafu eżatt x’fihom dawn id-drogi. Xi persuni jagħmlu użu mid-droga u l-alkoħol għaliex jaħsbu li se jħossuhom aħjar. Iżda fir-realta’, tispiċċa tħossok agħar — tħossok anzjuż u mħawwad, jew bla saħħa, bla interess u melankoniku. Il-mod kif tara l-ħajja tista’ tiġi affettwata wkoll.

Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jdumu għal żmien qasir, iżda xorta jaffettwaw il-mod kif taħseb, tieħu deċiżjonijiet u taġixxi. Hemm ir-riskju li waqt li inti tkun taħt l-effett ta’ dawn is-sustanzi, inti ġġib ruħek differenti mis-soltu u jista’ jkun li wara, jiddispjaċik. Nagħtu eżempju: tista’ ssir aggressiv, tieħu riskji bla bżonn jew tipprova tweġġa’ lilek inniffsek u/jew lil ħaddieħor. Użu regolari ta’ dawn is-sustanzi jista’ joħloq problemi ta’ saħħa, jaffettwa r-relazzjoni tiegħek mal-familja u l-ħbieb u jwassal għal problemi d-dar jew fuq il-post tax-xogħol.

Tajjeb wieħed jiftakar li jekk qed tieħu mediċina preskritta mit-tabib/speċjalista għallansjeta’ jew depressjoni, l-alkoħol u ħafna mid-droga illegali jistgħu jnaqqsu l-effett talmediċina filwaqt li jżidu ċ-ċans ta’ effetti sekondarji. F’każ li qed tieħu ammonti kbar ta’ alkoħol jew qed tieħu drogi oħra, informa lit-tabib sabiex hu ikun jista’ jgħinek u jagħtik ittrattament meħtieġ.

Is-sapport huwa tabilħaqq kruċjali jekk inti trid tieħu azzjoni pożittiva u tegħleb il-vizzji tad-droga u l-alkoħol. L-appoġġ tal-familjari u ħbieb huwa importanti għaliex huma jistgħu joffru serħan il-moħħ u jagħmlulek kuraġġ f’dawk il-mumenti meta inti l-aktar li jkollok bżonn.

Jista’ jagħti l-każ li jkollok bżonn sapport professjonali biex tnaqqas l-użu tad-droga u l-alkoħol. Tista’ l-ewwel tmur għand it-tabib tal-familja li jista’ jtik xi informazzjoni u jirreferik għal xi servizzi bħal counselling jew rijabilitazzjoni mid-droga. Inti tista’ tirreferri lilek innifsek għal dawn is-servizzi.

Is-servizzi relatati mad-droga u l-alkoħol huma disponibbli onlajn jew tista’ tmur jew iċċempel. Tista’ tikseb aċċess għas-sapport b’liema mod trid, skond kif tħossok komdu. Bosta persuni jħossuhom komdi li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ nies oħra li għaddejjin minn esperjenzi simili. Jista’ jkun ta’ benefiċċju għalik jekk tissieħeb ma’ grupp fil-belt jew raħal fejn toqghod. Ftakar li qatt m’int waħdek.