Nifhmu d-Dipressjoni
X’inhi d-Dipressjoni?
Id-dipressjoni hija iktar minn sempliċiment persuna tħossha mdejqa– hija kundizzjoni serja li taffettwa s-saħħa mentali u fiżika tal-persuna.
Il-kelma ‘dipressjoni’ tintuża b’diversi modi. Fi kwalunkwe ħin, persuna tista’ tħossha mdejqa minħabba xi ħaġa negattiva li ġratilha. Maż-żmien dan id-dwejjaq jitlaq. Fil-każ tad-dipressjoni, id-dwejjaq jibqa’ hemm. Jista’ jkun li d-dwejjaq jibqa’ għal ġurnata sħiħa, ġimgħa, ġimgħatejn, u xi drabi anke iktar. Id-dipressjoni hija kundizzjoni komuni li taffettwa l-miljuni ta’ nies madwar id-dinja u tiġi problematika meta tibda’ taffettwa l-ħajja tal-persuna. Ix-xogħol, ir-relazzjonijiet, l-edukazzjoni, il-familja u l-ħbiberiji jiġu kollha ddisturbati jekk persuna ma tfittixx l-għajnuna. Sfortunatament, nuqqas ta’ għajnuna tista’ twassal għas-suwiċidju. Kważi 800,000 persuna kull sena tmut bis-suwiċidju u dan jirriżulta biex is-suwiċidju huwa t-tieni kawża ewlenija tal-mewt ta’ persuni bejn il-15-29 il-sena.
Tibżax – l-għajnuna qiegħda hemm! Jeżistu diversi trattamenti effettivi għal problemi ta’ saħħa mentali. Għal iktar informazzjoni dwar x’għajnuna hemm disponibbli fuq trattamenti u sapporti, agħfas fuq din il-link.
X’Jikkawża d-Dipressjoni?
Diffiċli biex tiddentifika eżattament x’inhija l-kawża prinċipali tad-dipressjoni minħabba li din tista’ tiġi kkawżata minn ħafna affarijiet. Xi drabi hija kombinazzjoni ta’ avvenimenti li ġraw reċentement, esperjenza tal-passat – jew it-tnejn. Xi fatturi li riċerkaturi u tobba sabu huma:
Sitwazzjonijiet tal-Ħajja
Waħda mill-kawżi ewlenin tad-dipressjoni huma sitwazzjonijiet tal-ħajja bħas-separazzjoni tal-ġenituri jew divorzju, nuqqas ta’ relazzjoni qrib ma’ xi ħadd, tieħu ħsieb xi ħadd b’diżbilità permanenli għal tul ta’ żmien, mard fiżiku għal tul ta’ żmien, li tkun waħdek, il-faqar u l-inugwaljanza soċjali.
Stress
L-istress speċjalment meta l-persuna tkun esposta għalih għal perjodu twil, jwassal għal dipressjoni. Hemm ħafna sitwazzjonijiet differenti li jikkawżaw l-istress, bħal pressjoni qawwija fuq ix-xogħol, faqar jew li tieħu ħsieb lil xiħadd marid.
L-Istorja tal-Familja
Waħda mill-kawżi prinċipali hija s-sitwazzjoni tal-ħajja tal-individwu. Per eżempju: separazzjoni tal-ġenituri jew divorzju, nuqqas ta’ relazzjoni ta’ fiduċja ma xi ħadd, tieħu ħsieb lil xi ħadd b’diżabiltà, kundizzjoni kronika fiżika, solitudni, faqar u żvantaġġi soċjali.
Bidliet fil-Moħħ
Xi drabi il-mod ta’ kif il-moħħ huwa strutturat u l-kimiċi li jkun fih, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ dipressjoni. Kultant li jkollok iżżejjed jew nuqqas ta’ kimika partikolari fil-moħħ tista’ twassal għal-dipressjoni. Din hija xi ħaġa kumplessa li tiġi affettwata mill-ġenetika li kull persuna għandha.
Fatturi Ambjentali
Ċertu fatturi ambjentali jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ dipressjoni jinkludu nuqqas ta’ dawl, nuqqas ta’ ħdura, postijiet iffullati, tniġġis ambjentali, ħafna storbju, u kundizzjonijiet ambjentali ħżiena.
Sess
In-nisa għandhom iktar probabbiltà li jesperjenzaw dipressjoni mill-irġiel. Tibdiliet premestruali fil-livelli tal-ormoni wkoll jikkontribwixxu.
Droga u Użu tal-Alkoħol
L-użu tad-droga u l-alkoħol jistgħu jkunu kawża tad-dipressjoni u anke jwasslu għaliha.
Dawn il-fatturi kollha jistgħu jidhru wisq ta’ toqol, però l-bniedem huwa b’saħtu u reżiljenti! Dawn il-fatturi kollha jistgħu jidhru wisq ta’ toqol, però l-bniedem huwa b’saħtu u reżiljenti! Li tgħaddi minn żmien diffiċli jew perjodu ta’ stress, ma jfissirx li ser tiżviluppa dipressjoni iżda xorta waħda mħeġġeġ biex tfittex l-għajnuna. Jekk qed tħossok kontinwament bi dwejjaq u mintix qed tarak li qed taqleb għall-aħjar, wasal iż-żmien biex tfittex l-għajnuna li għandek bżonn. F’ċirkostanzi bħal dawn huwa importanti li tfittex l-għajnuna professjonali.
Esperjenzi
L-għarfien dwar is-saħħa mentali żdid u sempliċiment tfittxija fuq l-internet dwar esperjenzi ta’ dipressjoni jirriżulta f’diversi stejjer ta’ nies li qasmu l-esperjenzi tagħhom.
Kull persuna għandha esperjenza unika ta’ dipressjoni u rkupru. Xi wħud fittxew l-għajnuna tard, u dan wassal sabiex is-sintomi tagħhom żdiedu, filwaqt li oħrajn irnexxielhom jfittxu l-għajnuna mill-bidu.
Persuni li esperjenzaw dipressjoni jgħidu li l-vjaġġ tagħhom sabiex sabu l-għajnuna ma kienx wieħed faċli. Uħud jgħidulek ‘qum fuq tiegħek’, ‘issa jgħaddi kollox’, ‘għadek żghir/a, għandek ħafna enerġija’, iżda kummenti bħal dawn iktar milli jissaportjaw lil persuna, jkunu qed iġiegħluhom jħossuhom iktar waħedhom u mhux mifhuma.
Minkejja li persuna tista’ tħossha li hija impossibli tirbaħ din il-battalja, it-tama u l-fejqan qegħdin hemm. Tħossokx ħati ta’ dak li qed tħoss, għaliex id-dipressjoni hija kundizzjoni bħall-oħrajn. Agħti lilek innifsek l-istess rispett u importanza daqslikieku qed tagħti għajnuna lil persuni li għaddejjin minn xi kundizzjoni fiżika.
Tina Mgharious
“Dejjem ħassejtni differenti.”
Li tirkupra minn żmien mdallam m’hix faċli imma possibbli. F’dan il-filmat, Tina taqsam l-esperjenza tagħha, u kif qed tużaha biex tgħin lil ħaddieħor.