Nibdew it-Terapija

X’Għandek Tistenna mill-Ewwel Sessjoni tat-Terapija?

Għalfejn tagħżel li tibda Terapija?

Jekk għamilt appuntament, u qed tistenna l-ewwel sessjoni, prosit, għadek kif għamilt l-ewwel pass! Jekk qed tikkunsidra t-terapija hijiex għalik, forsi l-informazzjoni fuq din il-paġna tista’ tkun utli biex tgħinek tiddeċiedi.

Servizzi tat-terapija għandhom skopi differenti; jistgħu ikunu ta’ għajnuna biex tgħinek iżżomm kontroll fuq kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali bhal ansjeta`, dipressjoni, jew trawma, imma huma għodda utli ukoll biex li jippromwovu żvilupp personali, u tgħin biex jiġu żviluppati strateġiji li jgħinuk tgħix ħajja aħjar.

Qabel l-Ewwel Sessjoni

Jekk għadek qed tikkunsidra, jew anki jekk għamilt appuntament, hemm ċertu affarijiet li għandhom jiġu kkunsidrati qabel ma tattendi l-ewwel sessjoni. It-terapija hija utli għalik fit-tul, dan għaliex tgħinek tipproċessa ċertu affarijiet u tgħinek tadotta perspettiva differenti minn dak li tkun mdorri għalih. Madanakollu, dan huwa proċess li jista jkun skomdu fil-bidu. Din l-iskumdita`, li tiġi mill-fatt li tkun qed tiftaħ qalbek u jkun hemm ċertu emozzjonijiet li qed jiġu mqanqlin, hija mistennija. Ftakar li t-terapist/a tiegħek ser tappoġġjak tul dan il-proċess, biex ikun assigurat li inti tiftaħ qalbek biss sa fejn tħossok komdu dak il-ħin.

Ikun utli li tikkunsidra dawn l-affarijiet qabel, u tkun kunfidenti li t-terapija hija l-għażla t-tajba għalik. It-terapija hija GĦALIK! Huwa tajjeb li tistaqsi lilek innifsek: Lest/a li tesplora l-emozzjonijiet u l-għaġir tiegħek? Lest/a biex tiddiskuti suġġetti jew memorji sensittivi għalik? Komdu/a tkun vulnerabbli u tiddiskuti dawn is-suġġetti mat-terapist/a tiegħek?

Waqt l-Ewwel Sessjoni

terapist/a tintroduċu lilkom infuskom lil xulxin, tibdew issiru tafu lil xulxin u tibnu relazzjoni terapewtika. Huwa ukoll mistenni li t-terapisti jintroduċu lilhom infushom u it-tip ta terapija li huma jipprattikaw. Jistgħu ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-mod ta’ kif jaħdmu huma, kemm il-sessjoni qed taħsbu li tagħmlu flimkien, u spejgazzjoni ta’ x’inhu mistenni minn dawn is-sessjonijiet. Huwa importanti li nirrikonoxxu li t-terapija m’hijiex xi ħaġa statika, imma xi ħaġa li tista’ tinbidel. B’hekk il-pjan tal-bidu jista’ jinbidel skont l-esiġenzi u l-bżonnijet tiegħek bħala klijent.

Huwa utli li tiftakar illi l-proċess terapewtiku huwa differenti għal kulħadd, u huwa possibli li wieħed jesperjenza il-proċess b’mod differenti minn ħaddieħor li jkun għaddej minn sitwazzjoni simili. Kwistjonijiet oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ loġistika huma ġeneralment diskussi waqt l-ewwel sessjoni. Dawn jinkludu informazzjoni rigward ħlas u x’jiġri jekk ikun hemm bżonn li s-sessjoni tiġi kkanċellata. It-terapist/a ġeneralment ukoll isaqsik jekk għandekx mistoqsijiet jew affarijiet li tixtieq tiċċara dwar it-terapija. Fl-ewwel sessjoni jista’ jkun ukoll li tiddiskutu b’liema mod tista’ żżomm kuntatt mat-terapista bejn is-sessjonijiet u limiti ta’ kunfidenzjalita`.

Huwa importanti li tibda tesplora x’tixtieq tindirizza u tiddiskuti waqt is-sessjonijiet ta’ terapija, u x’inti tistenna minn din l-esperjenza. Huwa komuni ukoll li t-terapista tistaqsik dwar kif inti kont qed tkampa u taffaċċja dawn il-kwistjonijiet qabel ma bdejt it-terapija. B’hekk huma jkunu jistgħu ikollhom ideja ċara ta’ x’kien qed jaħdem għalik u x’ma kienx qed jaħdem, sabiex jibdew jifformulaw modi kif it-terapija tista’ tkun tal-aqwa sapport għalik. Huwa ukoll mistenni li t-terapisti jintroduċu lilhom infushom u it-tip ta terapija li huma jipprattikaw. Jistgħu ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-mod ta’ kif jaħdmu huma, kemm il-sessjoni qed taħsbu li tagħmlu flimkien, u spejgazzjoni ta’ x’inhu mistenni minn dawn is-sessjonijiet. Huwa importanti li nirrikonoxxu li t-terapija m’hijiex xi ħaġa statika, imma xi ħaġa li tista’ tinbidel. B’hekk il-pjan tal-bidu jista’ jinbidel skont l-esiġenzi u l-bżonnijet tiegħek bħala klijent.

Huwa utli li tiftakar illi l-proċess terapewtiku huwa differenti għal kulħadd, u huwa possibli li wieħed jesperjenza il-proċess b’mod differenti minn ħaddieħor li jkun għaddej minn sitwazzjoni simili. Kwistjonijiet oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ loġistika huma ġeneralment diskussi waqt l-ewwel sessjoni. Dawn jinkludu informazzjoni rigward ħlas u x’jiġri jekk ikun hemm bżonn li s-sessjoni tiġi kkanċellata. It-terapist/a ġeneralment ukoll isaqsik jekk għandekx mistoqsijiet jew affarijiet li tixtieq tiċċara dwar it-terapija. Fl-ewwel sessjoni jista’ jkun ukoll li tiddiskutu b’liema mod tista’ żżomm kuntatt mat-terapista bejn is-sessjonijiet u limiti ta’ kunfidenzjalita`.

Huwa importanti li tibda tesplora x’tixtieq tindirizza u tiddiskuti waqt is-sessjonijiet ta’ terapija, u x’inti tistenna minn din l-esperjenza. Huwa komuni ukoll li t-terapista tistaqsik dwar kif inti kont qed tkampa u taffaċċja dawn il-kwistjonijiet qabel ma bdejt it-terapija. B’hekk huma jkunu jistgħu ikollhom ideja ċara ta’ x’kien qed jaħdem għalik u x’ma kienx qed jaħdem, sabiex jibdew jifformulaw modi kif it-terapija tista’ tkun tal-aqwa sapport għalik.

Kunfidenzjalità

Kwistjoni importanti li hemm bżonn tkun indirizzata f’din l-ewwel sessjoni hija dik ta’ kunfidenzjalita`. Il-kunfidenzjalita’ trawwem ċertu sens ta fiduċja bejn it-terapista u l-klijent, u din twassal għal żvilupp ta’ relazzjoni terapewtika b’saħħitha bejn il-klijent u t-terapista. Tipikament, kulma jingħad fis-sessjonijiet huwa kunfidenzjali, jiġifieri jinżamm bejnek u bejn it-terapista. Hemm żewġ eċċezzjonijiet għal din ir-regola.

Waħda minn dawn iż-żewġ eċċezzjonijiet huma s-sessjonijiet ta’ superviżjoni tat-terapista. It-terapisti ikollhom sessjonijiet ta’ superviżjoni ma’ terapisti oħra li huma esperjenzati. Dawn is-sessjoniet huma utli għaliex jgħinu lit-terapisti jkollhom is-sapport u gwida sabiex ikunu jistgħu joffru sapport aħjar lilek.

L-eċċezzjoni l-oħra hija fejn jidhol tħassib dwar is-sigurta`. Jekk it-terapista tkun mħassba dwar is-sigurta’ tiegħek jew ta’ ħaddieħor, bħal per eżempju jekk ikun hemm theddid fuq ħajjtek jew ħajjet ħaddieħor, hija obbligata li tirrapurtaw dan lill-awtorita’ kkonċernata. It-terapista għandha tavżak dwar din l-obbligazzjoni waqt l-ewwel sessjoni. It-terapista ser tinfurmak jekk il-konfini ta’ kunfidenzjalita’ ikunu inqabbżu u jkun ser ikollhom jinvolvu awtoritajiet oħra.

Wara l-Ewwel Sessjoni

Jaf tkun trid tippjana xi ħaġa biex tgħinek tirrilassa wara l-ewwel sessjoni ta’ terapija. It-terapija kapaċi tqanqal emozzjonijiet b’saħħithom u forsi memorji jew suġġetti sensittivi u diffiċli. Għaldastant huwa huwa importanti li tippjana ħinek wara s-sessjoni, billi tagħżel kif se tqatta’ ftit ħin fil-kwiet u tagħmel xi ħaġa li togħġbok. Numru ta’ nies jaddottaw din id-drawwa fir-rutina tagħhom wara s-sessjonijiet. Dawn id-drawwiet jistgħu jinkludu; li tmur tieħu kafe’ ma’ xi ħadd, tqatta ftit ħin fil-kwiet waħdek, jew forsi tmur għal xi mixja. It-terapista ser tgħinek biex inti tkun tista tkampa bl-emozzjonijiet li jiġu mqanqla, u s-sessjoni tiġi magħluqa sew. Li jkollok modi kif tieħu ħsieb lilek innfisek wara sessioni ta’ terapija huwa mod utli ħafna li jista ukoll jgħinek tipproċessa dak li tkun esplorajt fis-sessjoni.

Wara l-ewwel sessjoni, ikun il-ħin opportun biex inti tirrifletti. Trid tirrifletti dwar kif ħassejtek waqt din is-sessjoni, u wara. Trid tevalwa kif tħossok meta taħseb biex tmur għal sessjoni ohra, u tirrifletti dwar kemm tħossok komdu u sigur. Kif diġa semmejna, l-ewwel ftit sessjonijiet jistgħu jqanqlu ċertu skumdita` għaliex tkun qed tesplora kunċetti sensittivi. Huwa importanti li tiftakar li t-terapija hija proċess. Il-kwistjonijiet li tippreżenta m’humiex ser jiġu solvuti f’sessjoni waħda.

Huwa tajjeb li tirrifletti fuq kif ħassejtek mat-terapista. Ħassejtek komdu? Taħseb li tħossok komdu kieku jkollok terġa tmur ghal sessjoni oħra? Tafdahom biex jissaportjawk? Jekk tħossok skomdu mal-persuna, jaf tkun trid tibdel u tipprova tattendi sessjonijiet ma’ terapista differenti. Ir-riċerka turi li l-iktar fattur importanti li jiddetermina ir-riżultat tat-terapija hija r-relazzjoni terapewtika. Ħu ftit ħin biex tirrifletti dwar jekk ħassejtekx sigur, mhux iġġudikat u ssapportjat.

It-terapisti jaf ituk ftit xogħol x’tagħmel bejn is-sessjonijiet. Huwa importanti li tagħmel l-almu tiegħek biex tipprova tagħmel dan ix-xogħol għaliex dawn ikunu ser jipprovdu il-materjal li jintuża biex imexxi is-sessjoni li jmiss. Żomm f’moħħok li dan ix-xogħol qiegħed hemm biex jgħinek tipprattika dak li tkun iddiskutejt fis-sessjonijiet ta’ terapija. Dan m’huwiex mezz li jeżamina x’inhu tajjeb u x’mhux, pero, huma eżerċizzji li jiddeterminaw jekk dak li tkun qed tiddiskuti fis-sessjonijiet ta’ terapija ikunx tajjeb għalik fil-ħajja tiegħek.

Jaf ukoll tkun trid tiddiskuti kif ħassejtek waqt u wara s-sessjoni ma’ xi ħbieb jew xi membri tal-familja. It-terapija hija xi ħaġa intima u individwali. F’idejk kemm inti tħoss li għandek taqsam ma ħaddieħor. Jekk inti taħseb li inti tixtieq tiddiskuti il-kontenut tas-sessjoni ma’ ħaddieħor, tista’ tagħmel dan. Din hija utli ukoll jekk tħoss li jkollok bżonn is-sapport bejn is-sessjonijiet.

Fis-sessjoni li jmiss, tiddejaqx taqsam dawn ir-riflessjonijiet mat-terapista tiegħek. Dan l-għaġir jinkoraġġixxi kommunikazzjoni u qsim ta’ riflessjoni, fejn it-terapista tkun tista’ tgħinek. Jaf ukoll tkun trid tieħu xi noti bejn is-sessjonijiet ta’ affarijiet li tixtieq tiddiskuti mat-terapista tiegħek.

 

Jekk Tħoss li Għandek Bżonn l-Għajnuna Wara l-Ewwel Sessjoni

Minħabba li t-terapija teħtieġ li l-klijent ikun vulnerabbli bl-emozzjonijiet tagħhom, kultant tista’ tkun diffiċli. Jekk l-emozzjonijiet li jiġu mqanqla huma wisq għalik jew tħoss li ma tixtieqx sessjoni ohra, hemm xi affarijiet li tista’ tagħmel.

Huwa għaqli li tiddiskuti mat-terapista dawn l-emozzjonijiet sabiex il-livell ta intensita` jiġi addattat għas-sessjonijiet li jmiss. Huwa utli li tidentifika u tagħmel użu minn sistemi ta’ sapport oħrajn bejn is-sessjonijiet jekk ikollok bżonn. Dawn is-sistemi jistgħu jkunu nies li tafda bhal per eżempju ħbieb, jew membri familjari, jew tista’ ukoll tagħmel użu minn servizzi ta’ sapport emozzjonali u sapport rigward saħħa mentali.