X’għandek tgħid lil xi ħadd li int inkwetat fuqu

Kultant li tkellem lil xi ħadd li tinsab imħasseb fuqu kapaċi tkun diffiċli. Forsi ninkwetaw li ser ngħidu xi ħaġa mhux f’postha u nagħmlu iktar ħsara milli ġid. Minkejja dan, ma jfissirx li għandna noqgħodu lura minn dawn il-konverżazjonijiet, għaliex dan jaf ikun l-ewwel pass sabiex wieħed jikseb l-għajnuna li jkollu bżonn.

Kif Tinduna li Xi Ħaġa Mhux Sew

X’għandek tagħmel?

Meta tkun ser tkellem lil xi ħadd li tinsab imħasseb fuqu ibda’ billi tagħżel post fejn il-persuna tħossha komda u sigura. Din għandha tgħin sabiex il-persuna tħossha aktar komda titkellem. Jekk il-persuna ma tħosshiex komda titkellem, tisfurzahhiex. Għidilha li inti qiegħda hemm biex tgħinha u li jekk f’xi ħin tkun tixtieq titkellem, ser issibek lesta biex tisma.

X’għandek tagħmel jekk il-persuna tkun tixtieq titkellem?

Huwa importanti li taqsam magħhom dak li qiegħed iħassbek dawrhom. Għamel dan b’mod li wieħed ma jħossux iġġudikat. Agħati lil persuna l-ħin li għandha bżonn sabiex titkellem. Ħadd ma jieħu gost iħoss li persuna qed tkellmu bl-għaġġla, speċjalemt jekk ikunu qed jitkellmu fuq xi ħaġa sensittiva. Importanti li tempatizza, tifhem u tivvalida l-emozzjonijiet tagħhom.

X’nista’ ngħidilhom?

Huwa importanti li tuża’ kliem adekwat. Kun ċert li l-persuna qed tħossha li xi ħadd qed jisma u jifhem. Ħafna drabi jaf ikollok tuża frażijiet bħal “Jiena qiegħed hawn għalik”, jew “X’nista’ nagħmel biex ngħinek?”.

Fakkar lil persuna li din il-konverżazzjoni ser tibqa’ bejnietkom it-tnejn. Din jaf tgħin sabiex wieħed iħossu aktar sigur u komdu jitkellem. Tista’ ukoll issemmi xi esperjenzi simili li għaddejt minnhom inti, mingħajr ma tiċħad l-esperjenza tal-persuna l-oħra.

Jekk tħoss li għidt xi ħaġa ħażina, skuża ruħek u erġa’ ibda. Jekk m’intix ċert kif għandek tgħin,

tiddejjaqx tgħid lil persuna imma assigurhom li inti xorta qiegħda hemm biex tgħinhom.

Jekk jien ma nistax ngħin, x’għandi nagħmel?

Tisfurzax lil dak li jkun jitkellem jekk ma jridx. Ftakar li jekk m’hemmx periklu, ikun aħjar li tieħu ħsieb ir-relazzjoni mal-persuna u tfakkarha li ser tkun hemm għaliha jekk ikollha bżonn terġa titkellem. Jekk tħoss li ma tafx kif tista’ tgħin aktar, ftakar li dejjem tista’ tigwidhom lejn għajnuna oħra minn għand professjonisti jew inkella minn servizzi li huwa disponibbli.

Ideja tajba li jkollok aċċess għal-lista ta’ riżorsi u għajnuniet li jeżistu sabiex tgħin lill-persuna titgħallem iktar fuq x’servizzi hawn disponibbli.